KAPITLU PROVINĊJALI ORDINARJU 2023
11-15 Settembru / 23-27 Ottubru
Il-Kapitlu Provinċjali Ordinarju, bit-tema “Arawni, sejjer nagħmel ħaġa ġdida” (Is 43:19), fetaħ fil-11 ta’ Settembru 2023 b’ġurnata ta’ talb u bil-għajnuna ta’ Don Luigi Maria Epicoco l-patrijiet irriflettew fuq l-attwalità tal-profezija ta’ Isaija.
Miġburin flimkien f’Birkirkara, sal-15 ta’ Settembru 2023, il-patrijiet talbu flimkien u komplew jirriflettu u jiddixxernu fuq dak li ħareġ mill-erba’ Assemblei preparatorji li kellhom fix-xhur li għaddew rigward il-ħajja tal-Provinċja.
F’dan il-Kapitlu, ippresedut mill-Ministru Ġenerali tal-Ordni Patri Carlos Alberto Trovarelli u fil-preżenza tal-Assistent Ġenerali Patri Giovanni Voltan, saru wkoll l-elezzjonijiet tal-Ministru Provinċjali u tad-Definitorju tiegħu.
Il-membri tad-Definitorju Provinċjali huma Patri Paul Darmanin (Vigarju Provinċjali, it-tieni mandat), Patri Christian Anthony Borg (Segretarju Provinċjali, it-tieni mandat), Patri Joseph Xerri, Patri Andrew Galea u P. Allister M. Aquilina.
It-tieni parti tal-Kapitlu Provinċjali Ordinarju sa tkun iċċelebrata bejn it-23 u s-27 ta’ Ottubru 2023.