Żjara tar-Relikwa
tal-garża użata biex tixxotta d-demm tal-ferita tal-kustat
ta' San Franġisk ta' Assisi
8-18 Frar 2026
VIDEO UFFIĊJALI
OFFICIAL VIDEO
VIDEO with English Subtitles:
VIDEO
Kliem u mużika ta' Frederick Scerri
TALBA LIL SAN FRANĠISK TA' ASSISI
San Franġisk, ħuna, int li tmien mitt sena ilu
mort tiltaqa’ ma’ oħtna l-mewt bħala bniedem fis-sliem,
idħol għalina quddiem il-Mulej.
Int fil-Kurċifiss ta’ San Damjan għaraft il-paċi vera,
għallimna nfittxu fih l-għajn ta’ kull rikonċiljazzjoni
li ġġarraf kull ħajt.
Int li, mingħajr armi, qsamt il-fruntieri tal-gwerra
u tan-nuqqas ta’ ftehim,
agħtina l-kuraġġ li nibnu pontijiet
hemm fejn id-dinja toħloq konfini.
F’dan iż-żmien mifni minn kunflitti u firdiet,
idħol għalina biex insiru bennejja tal-paċi:
xhieda bla armi u li nxejnu l-armi,
ħa nġibu s-sliem li jiġi minn Kristu.
Ammen.
LJUN PP. XIV