Faċli tagħrafna u faċli biex issibna. It-tonka griża tagħna lewn l-irmied u l-Kunventi tagħna fiċ-ċentri ta' l-irħula u l-ibliet jgħinu biex jiddistingwu malajr min aħna u ssibuna minnufih.

Il-Belt Valletta magħrufin bħala: “dawk ta' putirjal” jew inkella sempliċiment “San Franġisk:”, fejn wieħed dejjem jilmaħ serbut ta' nies għall-qrar! Imbghad ghadna Kunvent Birkirkara, ieħor ir-Rabat Malta, kif ukoll Għawdex. U tlett paroċċi: Qawra, San Pawl il-Baħar u Burmarrad.

Konventwali - isem qadim, għax konna ngħixu f'kommunitajiet f'kunventi fiċ-ċentri tal-bliet meta San Franġisk, iktar minn 800 sena ilu, waqqaf l-Ordni. Nippruvaw ngħixu bħala aħwa bl-aħjar mod li nistgħu. Nieħdu ħsieb xulxin, nitolbu flimkien, nieklu flimkien u nfittxu mumenti li fihom naqsmu l-esperjenzi tagħna, nidħku u niddevertu flimkien.

Ix-xogħol partikolari tagħna jikkonsisti f'għajnuna spiritwali lin-nies, b'mod speċjali fil-qrar u permezz tad-direzzjoni spiritwali. Xi ħaġa li tiddistingwina sew hija wkoll il-komunikazzjoni soċjali. Kariżma li taf il-bidu tagħha f'ħuna San Massimiljanu Kolbe, li hu ukoll kien Franġiskan Konventwal. San Massimiljan, kien lest juża kull mezz, anke saħansitra l-aktar wieħed effiċjenti, u li jiswa il-flus biex jevanġelizza. Flimkien mal-ħolqien li jfaħħar lil Alla fl-Għanja tal-Ħlejjaq ta' Missierna San Frangisk, nistgħu nżidu ukoll "Tkun mfaħħar Mulej f'ħuna l-mutur". Iċ-Centru Animazzjoni u Komunikazzjoni ĊAK, f'Birkirkara huwa ispirat minn din il-vokazzjoni ta' San Massimiljan Kolbe.

 

Copyright CAK Malta 2017