Il-Grupp Vokazzjonali: "Ħidma Sejħa Franġiskana" huwa grupp ta' żgħażagħ u patrijiet li b'ispirazzjoni Franġiskana qiegħdin f'mixja biex jaraw dak li Alla jixtieq minnhom. Huwa il-grupp uffiċċjali li jaħdem f'isem il-Provinċja tal-Franġiskani Konventwali f'Malta. Fis-sena 2015 il-Provinċjal tal-Patrijiet Minuri Konventwali ħatar lil Patri Joseph Formosa bħala l-animatur Vokazzjonali.

Bħala grupp infittxu li nagħrfu dak li Alla jkun qed jgħidilna permezz tal-ġrajjiet ta' ħajjitna. L-istorja tagħna, il-Kelma ta' Alla u il-ħajja ta' San Franġisk huma għodda privileġġata biex bihom nagħrfu il-preżenża ta' Alla f'ħajjitna u il-missjoni tiegħu għalina. Għalhekk infittxu li jkollna laqgħat ta' talb u adorazzjoni. Laqgħat oħrajn ikunu iktar rikreattivi bħal ġranet Għawdex li nqattgħu fis-sajf u il-ħruġ fil-kampanja li nagħmlu fix-xitwa. Xi wħud mill-grupp jiddeċiedu li jagħmlu esperjenza ta' Volontarjat.

Esperjenza li dan l-aħħar sentejn qed tniżżel l-għeruq hija dik tal-Pelleġrinaġġ f'Assisi fejn fih ikollna ċ-ċans nagħmlu intinerarju spiritwali fuq il-passi tal-qaddis fundatur tagħna. Għall-min jkun qed jaħsibha bis-serjeta' li jibda iż-żmien imsejjaħ 'postulandat'' Jiġu offruti esperjenzi vokazzjonali fid-Dar tal-Formazzjoni tagħna. Dawn l-esperjenzi jservu biex wieħed jagħraf aħjar il-ħajja tal-patrijiet Franġiskani Konventwali. 

Permezz ta’ din il-Website irridu nwasslu dik li hi il-ħidma u il-missjoni tagħna f’Malta u fid-dinja, kif ukoll tagħrif dwar dak li jagħmlina ‘patrijiet franġiskani’.

Link to Website: www.sejhafrangiskana.com