L-ORDNI FRANGISKAN SEKULAR, fil-qosor O.F.S. huwa Ordni ghal dawk is-sekulari, irgiel jew nisa' li jixtiequ jghixu l-hajja taghhom aktar fil-qrib u fuq l-istess idejal li kellu San Frangisk ta' Assisi, li kien waqqaf dan l-Ordni huwa stess.  L-ghamla ta' hajja tal-Frangiskani Sekulari hi li jharsu l-Evangelju ta' Sidna Gesu' Kristu billi jimxu fuq l-ezempju ta' San Frangisk ta' Assisi.  

L-Ordni jinsab f'aktar minn 125 pajjiz madwar id-dinja kollha u fih hemm kwazi nofs miljun ahwa professi.  Hawn Malta, l-O.F.S. jinsab fi 12 il-Fraternita', 7 tal-Kapuccini, 4 tal-Minuri u 1 tal-Konventwali.  Kull Fraternita' hija awtonoma, pero' hemm il-Kunsill Nazzjonali tal-O.F.S. li jikkoordina l-attivitajiet li jsiru matul is-sena bhal per ezempju l-irtiri fl-Avvent u fir-Randan, il-Festa ta' Santa Elizabetta tal-Ungerija, li hija l-Patruna tal-OFS u purcissjoni bil-Bambin fi zmien il-Milied.  Matul is-sena jigu organizzati wkoll xi talks varji li jkunu jinteressaw lill-ahwa. Il-Frangiskani Sekulari jippruvaw jghixu dejjem aktar hajja ta' talb u jikbru fil-formazzjoni taghhom.  Il-Fraternita' hija mezz biex wiehed jghix fi spirtu ta' unita' fuq il-livell lokali, nazzjonali u wkoll internazzjonali.  

 

Min ikun irid jaf aktar fuq l-OFS, jista' jara:  http.//ofsmalta.blogspot.com/  jew  icempel lil Mr Godwin Vella Klark (79808172) jew jibghat email fuq evellaclark@gmail.com