IL-PROVINĊJA TAL-INDJA San Massimiljan M. Kolbe

Fil-11 ta’ Ġunju 2017 il-Provinċja tal-Indja bil-patrun tagħha San Massimiljan M. Kolbe għalqet 10 snin Provinċja. Kien il-11 ta’ Ġunju 2007 meta ġiet stabilita bħala Provinċja, maqtugħa mill-Provinċja ta’ Malta, il-Provinċja-Omm.

Il-Provinċja Maltija għamlet sagrifiċċji kbar biex din il-ħolma ta’ San Massimiljan saret realtÓ kbira u sabiħa. Grazzi għall-Provinċja Maltija, u għall-ġenerożitÓ ta’ diversi patrijiet fosthom: P. Samuel Chetcuti, P. Albert Sammut u P. Joe Cilia, u benefatturi Maltin u Għawdxin, illum din il-Provinċja Franġiskana Konventwali tal-Indja tgħodd kotra ta’  barka ta’ vokazzjonijiet Franġiskani.

L-istati fejn jinsabu ħutna indjani

Kerala:

1.      Assisi Shanthi Ashram, Karukutty (1998), il-Kurja Provinċjali.

2.      Nirmalaram Franciscan Ashram, Chotty (1980), fejn hemm is-Seminarju Minuri (60 membru).

3.      Kolbe Franciscan Ashram, Aluva (1983), fejn hemm is-Seminarju Maġġuri.

4.      Franciscan Ashram, Nattakkal (1994), Kunvent u Parroċċa.

5.      Padua Franciscan Ashram, Puthenchira (1996), fejn hemm il-Pre-Novizzjat.

6.      St Paul Franciscan Ashram, Kattappana (2007), Kunvent.

AndHrah Pradesh:

1.      Bala Yesu Franciscan Ashram, Dondapudi (2001), Kunvent u Parroċċa.

2.      St Maximilian Franciscan Ashram, Christianpet (2002), Kunvent u Parroċċa.

3.      San Copertino Ashram, Seminarju Minuri.

TELANGANA:

1.      Mancherial Ashram, High School.

2.      Warangal Ashram, Junior College.

Tamil Nadu:

1.      Belvedere Franciscan Ashram, Kottagiri (2004), id-Dar tan-Novizzjat.

2.      Assisi Snehalaya Ashram, Rottikaundanur (2004), Kunvent u Sptar għall-morda bl-HIV/AIDS.

Il-Provinċja tal-Indja, barra dawn il-kunventi fetħet missjoni bil-patrijiet Indjani barra mill-Indja,  f’Sri Lanka. Illum hemm erbat idjar:

1.      St Padre Pio Ashram, Athurargia.

2.      St Francis Ashram, Dalupotha.

3.      St Anthony Ashram u Seminarju Minuri, Katana.

4.      St Joseph Vaz Ashram, Kandy.

Diversi reliġjużi Franġiskani Konventwali tal-Indja jinsabu mxerrdin f’diversi pajjiżi jagħtu s-servizz pastorali tagħhom. Fost dawn il-pajjiżi nsibuhom fl-Awstrija, l-Awstralja, il-Ġermanja, l-Irlanda, l-Italja f’diversi reġjuni u provinċji, u l-Amerka.

Wara li din il-Provinċja Indjana bdiet tfendi għar-rasha, il-Provinċja ta’ Malta flimkien mal-Provinċja tal-Indja fetħet missjoni ġdida fin-naħa ta’ fuq tal-Indja (West Bengal), f’Kolkata u f’Shillong. F’din tal-aħħar hemm żewġ patrijiet Indjani li għalissa qegħdin mal-patrijiet Salesjani jitgħallmu l-lingwa, u hemm żewġ studenti Indjani qegħdin fis-Seminarju jistudjaw it-teoloġija.

 IL-MISSJONI F’BARASAT, KOLKATA, L-INDJA

 Bil-għajnuna ta’ Alla u dik ta’ bosta benefatturi minn Malta u Għawdex, fit-13 ta’ Jannar 2014 bdiet il-missjoni f’Barasat, Kolkata. Il-Ħadd 2 ta’ Frar 2014 infetħet l-ewwel dar ta’ din il-missjoni ġdida. Bil-barka u l-ftehim tal-Provinċjal ta’ Malta P. Alfred Calleja u l-Ġeneral tal-Ordni P. Marco Tasca, ġiet iffurmata l-ewwel komunitÓ f’Barasat, Kolkata. Fil-bidu l-komunitÓ kienet iffurmata minn żewġ reliġjużi Indjani u żewġ reliġjużi Maltin: P. Lawrence u P. Mariadas; P. Colin Sammut u P. Stephen Borg.

Illum il-ġurnata l-komunitÓ hi ffurmata minn ħames patrijiet Indjani biss, taħt it-tmexxija tas-superjur P. Manuel Manicompel.

Id-delegat tal-Provinċja ta’ Malta li jieħu ħsieb il-kuntatti u l-bżonnijiet ta’ din il-missjoni ġdida ta’ Kolkata u Shillong, hu l-Vigarju Provinċjali P. Colin Sammut.

Għalkemm din il-missjoni għadha fil-bidu tagħha, jidher li l-Arċisqof tal-Arċidjoċesi ta’ Kolkata l-Eċċ. Tiegħu Mons. Thomas D’Souza jinsab entużjast bir-reliġjużi Franġiskani Konventwali Indjani. Fl-istedina li Mons. Arċisqof għamel lir-reliġjużi ħutna urihom il-ħidma kbira ta’ evanġelizzazzjoni li hi meħtieġa f’Kolkata. Wegħedhom li l-knisja li sa jibnu sa tkun parroċċa.

Il-Mulej flimkien ma’ Marija Santissima u San Massimiljan M. Kolbe, jkomplu jħarsu lill-missjunarji tagħna minn kull tfixkil fil-ħidma ġeneruża tagħhom. Ħa nsieħbu din il-ħidma ġdida tal-Provinċja Maltija f’Kolkata bit-talb tagħna u b’kull għajnuna li biha tfawwarna l-providenza ta’ Alla.

Fr Colin Sammut
FMO - Ufficcju Missjunarju Frangiskan Konventwal
Kunvent San Frangisk
Triq ir-Repubblika
Valletta

E-mail: info@fmomalta.org / missions@ofmconvmalta.org